About Us – Malti

L-ETTW

L-Ewropej Madwar id-Dinja


Illum l-Ewropa hija ħafna aktar mis-somma ta’ 28 stat membru tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi l-oħra tul il-fruntieri tagħha. Tinkludi wkoll diaspora ta’ Ewropej li jgħixu madwar id-dinja li jammontaw għal 80 miljun Ewropej mardwar id-dinja. Dan huwa komparabbli fid-daqs għall-popolazzjonijiet ta’ pajjiżi kbar tal-Unjoni. Madankollu din id-dijaspora mhijiex trattata bl-istess mod bħal ċittadini oħra Ewropej.


Iċ-ċittadini Ewropej fid-dijaspora ta’ spiss huma mċaħda minn xi drittijiet demokratiċi bażiċi: bħalma huma d-dritt għall-vot jew li toħroġ kandidat fl-elezzjonijiet Ewropej, id-dritt biex iżomm żewġ cittadinanzi jew aktar, id-dritt għal protezzjoni raġonevoli jekk jgħixu barra l-Unjoni Ewropea.


L-ETTW – L-Ewropej madwar id-dinja – inħoloqot biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet. Hija organizzazzjoni pan-Ewropea tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali, li taħdem biex ittejjeb il-ħajja tad-dijaspora Ewropej – jgħixu fejn jgħixu. Il-motto tagħna: Naħdmu flimkien biex nirbħu flimkien!


Aħna qiegħdin naħdmu mal-Istituzzjonijiet Ewropej biex nagħtuhom pariri dwar politika ta’ importanza għad-dijaspora, kuntatti mall-korpi oħra Ewropej u internazzjonali, li jittrattaw l-istess kwistjonijiet.


Aħna qiegħdin f’kuntatt mill-qrib ma’ ħafna istituzzjonijiet ta’ riċerka kemm ġewwa kif ukoll li l’hinn mill-Ewropa sabiex japprofittaw mir-riċerka tagħhom fis-suġġetti relatati.


Aħna npoġġu enfasi dwar l-isfidi speċjali li d-dijaspora taż-żgħażagħ Ewropej jiltaqgħu magħhom fil-ħajja tagħhom.
Biex nagħmlu l-organizzazzjoni tagħna verament pan-Ewropea, aħna nimmiraw li jkollna membri attivi fil-pajjiżi kollha Ewropej, kbar u żgħar, fi ħdan u li l’hinn mill-UE. Aħna nilqgħu organizzazzjonijiet u individwi.


Għal aktar informazzjoni dwar l-ETTW u kif tista ssir membru ara l-websajt ġdida tagħna : www.euromonde.eu


Jew tikkuntattjana direttament fuq : niels@euromonde.eu

 

Niels Jorgen Thogersen

Il-President tal-ETTW (L-Ewropej Madwar id-Dinja)